Il-kollaborazzjoni mużikali ‘Merry Christmas’ tal-famużi kantanti Elton John u Ed Sheeran mistennija tagħmel it-tieni ġimgħa fil-quċċata tal-lista tal-aktar kanzunetti popolari — jew is-Single Charts – fir-Renju Unit.
Il-kanzunetta ‘Merry Christmas’, li ħarġet fit-3 ta’ Diċembru, ma damitx biex telgħet sparata sal-ewwel post tal-klassifika u meta l-bejgħ tad-diska, fl-ewwel ġimgħa biss, laħħaq mas-77,000. Fl-istess ħin, inbiegħu ‘il fuq minn 8,000 CD tal-kanzunetta u li hu l-ogħla ammont għal kanzunetta waħda matul din is-sena.
Skont l-Official Music Charts, il-kollaborazzjoni ta’ Elton John u Sheeran x’aktarx li tkompli bħala l-Hit Numru Wieħed tal-pajjiż tul l-istaġun tal-festi u meta sa dan il-punt marret diġà aħjar mill-kanzunetti klassiċi għall-Milied minn diversi kantanti u gruppi oħra, inklużi Wham u Mariah Carey.
//= $special ?>