Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad ma’ diversi partiti u stati oħra u jikkundanna l-aħħar żvilupp anti-demokratiku fil-Belarus. Diġá s-sitwazzjoni hija gravi b’Gvern mmexxi b’tiranija minn Alexander Lukashenko imma l-kundanna ta’ membri tal-oppożizzjoni għal sentenzi twal ta’ ħabs huwa gravissimu.
Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Baranin Carm MIfsud Bonnici u mis-Segretarju Internazzjonali Roselyn Borg Knight, il-Patit Nazzjonalista qal li d-dittatorjati għandhom marka ċara li tiddistingwihom dik li jsikktu fis-soċjetá kull min ma jaqbilx magħhom u kull min huwa ta’ theddid għall-poter temporanju tagħhom.
Il-Partit Nazzjonalista jfakkar kemm diversi reġimi dittatorjali tal-lemin u tax-xellug estrem kkundannaw permezz ta’ liġijiet inġusti u żbaljati bnedmin għall-sentenzi twal ta’ ħabs. Kemm ħasbu li ser jibqgħu hemm għal dejjem u llum huma biss parti mill-irmied tal-istorja ħażina tal-umanitá.
Proprju għax min jinsa l-istorja jerġa’ jirrepeti l-aġir kundannabbli tal-passat nikkundannaw dak li qiegħed jiġri f’dak il-pajjiż. Fil-waqt li nesprimu s-solidarjetá magħhom nikkundannaw s-sentenzi nġusti ta’ ħabs kontra Sergei Tikhanovsky, Mikola Stakevich, Igor Losik, Valdimir Tsysanovich, Artyom Sokov, u Dimitry Popov.
Dan huwa żball politiku ieħor li qiegħed ikompli jagħmel ħsara u jżomm lura l-iżvilupp ta’ pajjiż importanti fil-kontinent Ewropew. Mingħajr demokrazzija vera u b’saħħitha pajjiż ma jikbirx imma jitbiel.
//= $special ?>