Lokali

Kuntistabbli bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku

Kuntistabbli tal-pulizija qiegħed isofri ġrieħi gravi hekk kif għal 11.30am il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Ewwel Titjira 1915, Ħal Kirkop.

Minn investigazzjoni li saret rriżulta li, waqt li kien fuq il-mutur tas-servizz, kuntistabbli ta’ 48 sena nqabditlu siequ bejn il-bankina u trakk. Dan kien qed jinstaq minn Taljan ta’ 60 sena residenti Ħ’Attard.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għallura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.