Lokali

L-edukaturi disgustati bil-kuntratt ta’ Bogdanovic

“L-edukaturi huma disgustati bil-kuntratt ta’ €15,000 li l-Ministru tal-Eduzzjoni Justyne Caruana tat lill-ħabib tagħha Daniel Bogdanovic”, stqarr l-President tal-UPE Graham Sansone

Mas-sit Lovin Malta, Graham Sansone saħaq li l-union tinsab imħassba b’din is-sitwazzjoni.

Huwa kompla jgħid li l-UPE “m’għandha l-ebda aġenda politika iżda qed nitkellmu f’isem il-membri tagħna, li qed iħossuhom disgustati b’dak li qed jiġri madwarna”.

Sansone qal li l-membri tal-UPE qajmu numru ta’ tħassib, fosthom li diversi għalliema kompetenti setgħu wettqu x-xogħol ta’ Bogdanovic

Minbarra lejn Caruana, Sansone kellu wkoll kliem iebes għas-segretarju permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri, li d-deċiżjoni tiegħu li jiffirma l-kuntratt ta’ Bogdanovic ġiet ikkritikata mill-Kummissarju tal-Istandards George Hyzler.

Intant, il-president tal-Malta Union of Teachers Marco Bonnici kkonferma ma’ Lovin Malta li l-Kunsill tal-MUT se jiltaqa’ kmieni l-ġimgħa d-dieħla biex jiddiskuti r-rapport ta’ Hyzler.