In-National Anti-Doping Organisation ta’ Malta fi stqarrija qalet li l-użu tal-kannabis mill-atleti xorta se jibqa’ kkunsidrat bħala ksur tar-regoli tan-NADO. Dan wara li nhar it-Tlieta l-Gvern approva l-liġi tal-kannabis fejn se tillegalizza l-użu ta’ din id-droga, b’pajjiżna jsir l-ewwel pajjiż li għamel dan.
In-NADO għamlet referenza għall-artiklu f’sezzjoni 8 bit-titlu “Cannabinoids”, fejn huma fil-lista tas-sustanzi projbiti tal-WADA kemm għas-sena 2021 u anke għall-2022. L-istqarrija qalet li meta wieħed jikkonsma l-cannabinoids xorta waħda jistgħu jimmarkaw fit-test tad-doping hekk kif din is-sustanza tieħu numru ta’ ġimgħat sabiex titneħħa mill-ġisem.
//= $special ?>