Mara ta’ 67 sena mill-Mosta sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza fil-Naxxar. L-inċident seħħ ilbieraħ għal ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ filgħaxija fi Triq l-Imħalla.
Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li l-anzjana ttajret minn vettura, tat-tip Toyota Ractis li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 45 sena residenti s-Swieqi.
Fuq post issejjaħ tim mediku kif ukoll ambulanza li ħader llill-anzjana l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, il-vittma ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>