F’ Coventry Arena, fil-Gran Prix tad-Dinja tas-Snooker b’fond ta’ premjijiet li jlaħħaq 380,000 lira sterlina, in- numru 1 fid-dinja Mark Selby għadda għat-tieni rawnd wara li għeleb lil Barry Hawkins 4 frames għal 1.
L-ewwel frame kien wieħed ibbilanċjat fejn minkejja li Hawkins fetaħ vantaġġ ta’ 37 – 4 kien Selby li rebaħ wara 48 minuta.
Bi breaks ta’ 54 u 76 Barry Hawkins rebaħ it-tieni frame biex bil-punteġġ ta’ 1 – 1 kien Selby li rebaħ it-tnejn ta’ wara biex mar 3 – 1 minn fuq.
Selby ddomina l-aħħar frame li rebaħ 66 – 1
Fost il-partiti l-oħra Stewart Bingham għeleb lil Ricky Walden 4 frames għal 3 filwaqt li s-sorpriza waslet bl-eliminazzjoni tal-eks nr. 1 John Higgins li safa’ megħlub minn Tom Ford 4 frames għal 2 .
Ali Carter għeleb lil David Gilbert 4 frames għal 1 fejn impressjonanti l-aħħar żewġ frames li Carter rebaħ 92 – 0 ; 73 – 0.
//= $special ?>