Naomi Dingli, ir-rapreżentanta Maltija fil-konkors Miss World ser tkun qed tilbes libsa mill-isbaħ iddisinjata minn żewġ disinjaturi Maltin b’fama internazzjonali Chalres and Ron.
Naomi Dingli diga’ dehret quddiem udjenza bl-istess libsa meta attendiet ghall-isfilata bl-isem “World Best Designer Award”, fejn il-fuq minn mitt disinjatur madwar id-dinja laqqgħu l-ilbiesi tagħhom permezz tal-kontestanti li qed jieħdu sehem fil-konkors ta’ sbuħija Miss World. F’din l-istess sfilata, il-kontestanti kollha ġew iġġudikati għat-titlu ta’ “Miss World Top Model 2021”.
Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti f’Jose’ Miguel Agrelot Coliseum f’Puerto Rico għas-sebgħin edizzjoni ta’ dan il-konkors ferm prestiġġjuż. Grażżi ghad-disinjaturi Charles and Ron nhar il-hamis 16 ta’ Dicembru , it-tfajla Maltija se tkun qed tagħti wirja spikkanti.
Ghal aktar informazzjoni kif tista’ tara is-serata finali zur is-sit www.missworld.com , jew il pagna ta’ FB ta’ Miss World Malta.
