L-attakkant ta’ Barcelona Sergio Aguero ħabbar li se jirtira mill-futbol wara li xahar u nofs ilu nstab li għandu problemi f’qalbu. Aguero kien qed jilgħab ma’ Barcelona kontra Alaves fejn ħass uġiegħ f’sidru. Wara numru ta’ testijiet li sarulu kien identifikat li għandu problema f’qalbu.
L-eks attakkant ta’ Manchester City ssieħeb ma’ Barcelona fis-sajf li għadda fejn sfortunament għalih kellu jtemm il-karriera tiegħu ħesrem. Aguero lagħab 786 partita fejn skorja 427 gowl matul il-karriera tiegħu. Fost dawk li attendew għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm Pep Guardiola fejn mexxa li Manchester City fil-perjodu li Aguero kien ma’ City.
Aguero huwa r-raba’ l-aktar player li qatt skorja fil-Premier League hekk kif irnexxielu jiskorja 184 gowl f’275 partita u huwa wkoll l-aktar player li skorja barra mill-pajjiż hekk kif irnexxielu jiskorja disa’ gowls aktar minn Thierry Henry. L-eks attakkant Arġentin skorja wkoll 18-il hat-trick fil-karriera tiegħu u rnexxielu wkoll jiskorja 20+ gowl fil-kompetizzjonijiet kollha.
Sergio Aguero rnexxielu jirbaħ ħames darbiet il-Premier League kif ukoll il-Copa America fis-sajf li għadda mal-Arġentina.
//= $special ?>