Sport Sport Ieħor

Tliet għawwiema Maltin se jieħdu sehem fil-Kampjonat tal-Għawm tal-FINA Short Course

Tlieta għawwiema Maltin se jkunu qed jieħdu sehem fil-15-il Kampjonat tal-Għawm tal-FINA Short Course li se jsiru f’Abu Dhabi bejn għada u nhar it-Tlieta.

Il-kontinġent Malti se jkun iffurmat minn Dylan Cachia, Sasha Gatt u Thomas Wareing li kollha kemm huma kwalifikaw wara l-Kriterji tal-Għażla ppubblikati minn qabel mill-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta.

L-għawwiema Maltin se jkunu qed jieħdu sehem f’sitt avvenimenti. Mal-għawwiema Maltin se jkun hemm il-Head Coach Catalin Stan u l-Physio Andrew Pisani.