Żagħżugħ ta’ 18-il sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ f’wied. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-kwarta fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li l-ġuvni, residenti x-Xewkija, Għawdex, kien qiegħed isuq vettura tat-tip Fiat, tilef il-kontroll u waqa’ f’wied.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>