Wara madwar 40 sena fit-tmun tal-Grupp AMSM, l-organiżżazzjoni ta’ distribuzzjoni ta’ fast moving consumer goods lis-setturi tal-Grocery u tal-Foodservice, Alec A. Mizzi ddeċieda li jċedi l-post ta’ CEO u jassumi pożizzjoni ġdida ta’ Executive Chairman fejn huwa se jibqa’ nvolut fuq livell strateġiku. Huwa issa se jiffoka iżjed fuq ir-rwol l-ieħor tiegħu ta’ Chairman u CEO tal-Grupp Alf. Mizzi & Sons.
Is-CEO il-ġdid tal-Grupp huwa Steve Apap Bologna, li ngħaqad bħala Sales and Brand Manager fl-1992, ġie promoss għal Senior Sales Manager fl-2001 u laħaq Chief Officer fl-2006. Huwa veteran fi ħdan il-Grupp, u b’hekk tiġi żgurata l-kontinwità.
F’kumment wara li dan ġie mħabbar mal-kumpanija kollha, Alec A. Mizzi qal, “Nikkunsidrah importanti li nċedi posti, bħala parti mill-proċess ta’ riġenerazzjoni tagħna. Jien kburi b’dak li rnexxielna nwettqu matul dawn l-aħħar erba’ deċennji, li ħaduna fuq quddiem u mhux bi ftit, bħala distributuri ewlenin fis-settur tal-FMCG,
b’varjetà ta’ marki nkredibbli, u issa bi preżenza f’Ċipru ukoll. Naf li Steve se jkompli jmexxi b’ħeġġa, determinzzjoni u entużjażmu”.
F’kumment li ta Steve Apap Bologna wara li l-pożizzjoni l-ġdida tiegħu ġiet imħabbra, huwa żied, “Jiena onorat li ġejt appuntat CEO u Board Director. Se naħdem sabiex jinżammu l-istess standards għoljin ta’ professjonalità, etika kummerċjali u ambizzjoni. Kollox se jibqa’ miexi kif kien”.
//= $special ?>