Lokali

Appuntat Direttur Kommunikazzjoni ġdid tal-Partit Nazzjonalista

Simon Vella Gregory appuntat Direttur Kommunikazzjoni ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Fi stqarrija, is-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino ħabbar li aktar kmieni illum il-kunsill Amministrattiv, wara rekomandazzjoni tal-kumitat tal-Tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, b’mod unanimu appunta lil Simon Vella Gregory bħala d-Direttur Kommunikazzjoni ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech feraħ lil Simon Vella Gregory għall-irwol ġdid tiegħu.