Internazzjonali

AWSTRALJA: Traġedja fi skola Primarja tħalli erbat itfal mejta

Traġedja fil-gzira Awstraljana tat-Tażmanja fejn erbat itfal tilfu ħajjithom wara li r-riħ kaxkar mieghu Bouncing Castle. Ir-rapporti qed jindikaw li ħamsa oħra sfaw feruti f’dan l-inċident, wara li waqgħu minn għoli ta’ 10 metri.

Jidher li t-tfal li mietu għandhom bejn 10 u 12-il sena – tnejn subien u tnejn bniet.

Huma kienu qed jattendu attività organizzata minn skola primarja lokali.