Lokali

Bi ġrieħi gravi wara hit-and-run

Aktar kmieni llum, għal ħabta tal-10:00, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq Birkirkara, San Ġwann.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mara ta’ 71 sena residenti San Ġwann stess, weġġgħet wara li aktarx ntlaqtet minn trakk li għadu mhux identifikat minħabba li allegatament is-sewwieq baqa’ sejjer.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.