Futbol Sport

Chelsea miżmuma f’darhom, Liverpool ikomplu jirbħu

(Ritratt: EPA)

Chelsea naqsu milli jżommu l-pass ma’ Manchester City u Liverpool meta kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Everton. Kien Mason Mount li poġġa lil Chelsea fil-vantaġġ wara 70 minuta. Iżda Everton wettqu reazzjoni mmedjata u ġabu l-iskor indaqs fl-74 minuta permezz ta’ Jarrad Branthwaite.

F’partita oħra, Liverpool saħħew it-tieni post tal-klassifika meta għelbu lil Newcastle 3-1. Kien l-eks tal-partita, Jonjo Shelvey li fetaħ l-iskor wara biss seba’ minuti. Liverpool irnexxielhom idawwra l-iskor f’temp ta’ erba’ minuti meta l-ewwel kien Diogo Jota li għamilhom 1-1 fil-21 minuta biex erba’ minuti wara Mohamed Salah għamel l-iskor 2-1. Tliet minuti mit-tmiem, Trent Alexander- Arnold għamel l-iskor finali 3-1.