Coronavirus Lokali

COVID-19: 167 każ ġdid; ifiqu 99

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 167 każ pożittiv ġdid ta’ Covid-19. Dan filwaqt li 99 persuna oħra kienu meqjusin li fiequ. B’hekk il-każi attivi issa żdiedu għal 1,532.

Il-Ministeru tas-saħħa ħabbar ukoll li l-ammont ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei għall-COVID-19 issa tela’ għal 16 filwaqt li hemm 3 pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Fl-aħħar sigħat, fortunatament ma kien hemm ebda fatalità bin-numru ta’ vittmi jibqa’ 471. Tħabbar ukoll li sal-Erbgħa ingħataw 163,186 vaċċin tal-booster.