Internazzjonali

Il-kantant Bruce Springsteen ibiegħ id-drittijiet mużikali

Il-kantant-mużiċista Amerikan Bruce Springsteen (ritratt) biegħ il-master recordings u d-drittijiet għall-pubblikazzjoni tax-xogħol mużikali kollu tiegħu lill-kumpannija Sony, għall-ekwivalenti ta’ kważi 400 miljun ewro.

Il-ftehim – wara l-iffirmar tal-kuntratt – jagħti lis-Sony id-drittijiet esklussivi fuq l-20 studio album ta’ Bruce Springsteen, fosthom il-klassiċi Born to Run, The River u Born in the USA.

Bruce Springsteen rebaħ Grammy award għal 20 darba, bil-mużika tiegħu tiġġenera dħul ekwivalenti għal madwar 14-il miljun ewro matul is-sena li għaddiet biss.

Il-ftehim ta’ Bruce Springsteen isegwi l-ftehim kummerċjali simili għall-mużika ta’ Bob Dylan, David Bowie u l-grupp Blondie.