Coronavirus Lokali

Il-wage supplement għandu jitkompla sal-aħħar ta’ Marzu – Bernard Grech

Hu tajjeb li l-Prim Ministru, sa fl-aħħar, sema’ l-appelli tal-Partit Nazzjonalista biex jgħin lin-negozji, li għal darb’oħra qed jiffaċċjaw inċertezza u telf ta’ xogħol minħabba l-Covid-19. Iżda li l-wage supplement jiġi estiż b’xahar wieħed biss mhux se jagħti nifs lin-negozji.

Hekk kiteb il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fuq Facebook, fejn appella li din l-iskema għandha tkun estiża mill-anqas sal-aħħar ta’ Marzu u tkun immirata li tgħin lin-negozji l-iżjed fil-bżonn, bħal stabbilimenti tal-ospitalità u tal-ikel.

Bernard Grech kompla li l-Gvern għandu wkoll ikun għaqli bir-restrizzjonijiet tal-Covid-19, fejn kull deċiżjoni li tittieħed tkun ibbażata fuq ix-xjenza u tkun trasparenti. Il-poplu dejjem ikkopera s’issa u ma nistgħux nitilfu dik il-fiduċja li nbniet.

Hu temm li iva, għandna nibqgħu viġilanti u għandna nieħdu l-vaċċin u l-booster mill-aktar fis, iżda ejja nkomplu naħdmu għal normalità raġonevoli.