L-Italja, fl-aħħar sigħat, spiċċat paralizzata wara li l-ħaddiema fis-settur pubbliku issieħbu fi strajk ġenerali, bir-riżultat li diversi setturi importanti madwar il-pajjiż spiċċaw weqfin.
Is-sistemi tat-trasport, inkluż l-ferroviji, kollha spiċċaw affettwati, iżda l-iskejjel tal-pajjiż fetħu xorta, bis-servizzi tas-saħħa jkomplu jaqdu lin-nies bħas-soltu.
Il-ħaddiema tas-setturi pubbliċi u privati qed jopponu l-aħħar manuvra finanzjarja tal-Gvern Taljan immexxi mill-Prim Ministru Mario Draghi. Dan meta l-poplu Taljan qed jipprotesta bis-saħħa kontra r-riforma fiskali li għandha tkun implimentata fil-pajjiż matul il-jiem li ġejjin, bid-dimostranti anki qed jesprimu għadab għall-baġit li qed jimbotta l-Gvern ta’ Draghi.
//= $special ?>