Formula 1 Sport

Mercedes jirtiraw l-appell b’rabta mal-Grand Prix ta’ Abu Dhabi

(Ritratt: EPA)

Mercedes irtiraw l-appell b’rabta mal-Grand Prix ta’ Abu Dhabi fejn l-FIA ħadet id-deċiżjoni li ssir analiżi dettaljata dwar it-tellieqa hekk kif dak li ġara l-Ħadd li għadda qed ikun ikkonsidrat bħala sitwazzjoni li affettwat ir-reputazzjoni tal-Formula 1.

Fi stqarrija Mercedes qalu li se jkunu qed jaċċettaw din id-deċiżjoni u li se jkunu qed iżommu l-FIA kontabbli tar-riperkussjonijiet. Nhar il-Ħadd li għadda l-FIA rrifjutat żewġ appelli ta’ Mercedes wara dak li ġara fi tmiem il-Grand Prix fejn wassal biex Lewis Hamilton jitlef it-tellieqa u anke l-Kampjonat hekk kif iddomina l-Grand Prix f’Abu Dhabi.