Enerġija Lokali

Miriam Dalli stess tispiċċa ssemmi l-“korruzzjoni” u l-“kriminalità”

L-Unjoni Ewropea mhijiex se taċċetta li l-fondi tagħha jintużaw biex jiffinanzjaw proġetti mnawwrin b’każijiet ta’ korruzzjoni, frodi jew mġieba relatat ma’ organizzazzjoni kriminali.

Din id-deroga tal-Kunsill Ewropew daħlet biex ħalliet lil pajjiżna japplika għall-finanzjament parzjali tal-proġett tal-pipeline tal-gass bl-idroġenu bejn Malta u Sqallija grazzi għal degora li daħħlet wara li l-familja tal-ġurnalista assassinata, Daphne Caruana Galizia, għamlet pressjoni kbira biex l-Electrogas ma tibbenefikax minn dawn il-fondi.

Kien għalhekk li l-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli kienet kostretta toħloq kumpanija biex tamministra l-proġett tal-pipeline u b’hekk tidħol feles bejn il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea, l-Enemalta u l-powerstation tal-Electrogas:


Fondi tal-Unjoni Ewropea ma jmorru għall-ebda proġetti li jkunu bi frodi, korruzzjoni u affarijiet oħra li qed issir referenza għaliha. Tant u hekk li dan il-proġett se jitmexxa mill-kumpanija ‘Interconnect Malta’. M’għandha x’taqsam xejn ma’ operaturi oħra.”

Fin-negozjati mal-Kunsill Ewropew għall-bini tal-pipeline, il-Ministru Miriam Dalli baqgħet tiddefendi lill-Electrogas, minkejja li ammettiet li hemm ħafna allegazzjonijiet madwar dan il-proġett – li fih kien hemm imdahhal kemm Yorgen Fenech u anke Konrad Mizzi. Meta rrimarkawlha li dwar il-proġett tal-powerstation innifsu hemm ħafna allegazzjonijiet, hija wieġbet hekk:

Allegazzjonijiet ikun hemm dwar ħafna affarijiet.”

Intant, dan il-finanzjament kienet suġġett ta’ ħafna kritika għaliex hemm il-biża’ li l-fondi Ewropej tal-pipeline imorru għall-Electrogas u għall-azzjonist fil-kumpanija, l-allegat kompliċi fl-assassinju tal-ġurnalista, Daphne Caruana Galizia.

L-applikazzjoni tal-Gvern għall-ewwel ġiet irriffjutata għall-finanzjament mill-Kummissjoni Ewropea minħabba l-oġġettivi tal-Green Deal ….biex l-Unjoni tgħaddi mingħajr il-fuels li jħammġu.

Riċentament, Miriam Dalli ammettiet li sal-2028, il-Gvern se jkollu jħallas lil Electrogas il-prezz ġust tas-suq għall-infrastruttura meta l-pajjiż jieħu r-riedni tal-proġett f’idejh…ladarba l-pipeline tal-gas ikun lest.