Il-każi pożittivi ġodda qed ikomplu jiżdiedu hekk kif fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra numru għoli ta’ każijiet pożittivi ġodda… 221 każ. Dan iwassal biex il-każi attivi issa telgħu għal 1,600.
In-numru ta’ persuni li fiequ mill-virus kien dak ta’ 153 filwaqt li s-sitwazzjoni fl-Isptar għadha waħda stabbli.
Bħalissa hemm għoxrin persuni li qed tirċievi l-kura għal dan il-virus fl-Isptar bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
B’xorta tajba fl-aħħar sigħat ma kienet rappurtata ebda mewta kawża tal-COVID.
S’issa ingħataw 165,403 doża tal-booster, bl-Awtoritajiet tas-Saħħa qed ikomplu jappellaw biex min għandu iktar minn 50 sena u għadu ma ħax dan il-booster, imur jieħdu.
Min-nhar it-Tnejn dawk li għandhom ‘il fuq minn 35 se jkun jistgħu jibdew jirċievu il-booster kontra dan il-virus.
//= $special ?>