Ir-rata ta’ trażmissjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna bħalissa tinsab fil-livell ta’ 1.5.
Hekk sostna t-tabib Frank Portelli f’kollegament li għamel waqt il-programm Net Live meta kien qed jitkellem dwar il-pandemija f’pajjiżna…u kif f’dawn l-aħħar jiem irreġistrajna medja ta’ mitt każ kuljum.
Dwar il-varjant tal-Omicron, it-tabib Portelli ikkonferma li dan huwa varjant li jinxtered iktar malajr. Huwa qal li l-fatt li dan jinxtered iktar malajr jista’ jwassal biex dan ikun piż fuq is-sistema tas-saħħa, hekk kif jistgħu jiżdiedu l-pazjenti li jidħlu l-Isptar għall-kura.
Frank Portelli qal li f’dan l-istadju huwa importanti ferm li wieħed jieħu l-booster hekk kif din it-tielet doża terġa’ tgħolli l-effettività tal-tilqima għal kontra l-COVID.
Huwa spjega wkoll x’inhuma s-sintomi tal-varjant il-ġdid tal-Omicron, fosthom uġigħ fl-għadam, deni u uġigħ ta’ ras.
//= $special ?>