L-awtoritajiet fil-belt ta’ Osaka qed jaħsbu li mietu talanqas 30 persuna qalb nirien li ħakmu bini fin-naħa t’isfel tal-pajjiż – u meta ma kienx eskluż li ċ-ċifra tal-vittmi se tkun ogħla. Il-pulizija, fl-aħħar sigħat, kienu qed jinvestigaw jekk in-nirien tqabbdux apposta, wara li l-iskwadri għall-emerġenzi rnexxielhom jikkontrollaw il-fjammi b’diffikultà kbira.
In-nirien qabdu fir-raba’ sular tal-bini li tinsab f’distrett kummerċjali attiv u popolari. Filwaqt li ma ngħatatx konferma, l-indikazzjonijiet huma li l-parti kbira tal-vittmi x’aktarx li kienu fi klinika għall-pazjenti li jeħtieġu l-kura psikjatrika u li tifforma parti mill-bini.
L-iskwadri għall-emerġenzi, fost oħrajn, kellhom iwettqu xogħolhom fost id-dħaħen suwed kbar – b’numru ta’ nies jispiċċaw evakwati mill-bini bl-għajnuna tal-membri tal-iskwadri li użaw is-slielem biex iniżżluhom mis-sulari ta’ fuq.
//= $special ?>