Il-Gvern tal-Irlanda, ftit tal-minuti ilu, ddikjara li mil-llum il-quddiem kull stabilimenti bħaċ-ċinema u t-teatri se jkollhom jibdew jtemmu s-servizzi tagħhom fit-8pm.
Milli jidher dawn ir-restrizzjonijiet ġodda ġew imponuti, hekk kif f’dawn l-aħħar ġranet il-Gvern tal-Irlanda ra żieda tremenda fl-ammont ta’ każi tal-Covid-19.
Wara konferenza stampa aktar kmieni illejla, l-Prim Ministru tal-Irlanda Taoseach Micheal Martin, stqarr li l-varjant tal-Omicron inxtered b’rata mgħaġġla mmens madwar l-Ewropa, b’Martin jkompli biex jgħid li aktar minn tliet kwarti tal-każi li nstabu fil-pajjiż kienu kaġun tal-varjant ġdid tal-Omicron.
Meta mistoqsi għal kemm se jdumu dawn ir-restrizzjonijiet, il-Prim Ministru tal-Irlanda stqarr li dawn ir-restrizzjoni se jibqaw jiġu infurzati sat-30 ta’ Jannar.
Apparti li fit-tmienja se jkollhom jagħlqu diversi stabilimenti bħaċ-ċinema u t-teatri, se jiġu nfurzati wkoll aktar restrizzjonijiet bħal kemm se jitħallew nies jidħlu f’dawn l-istabilimenti u li t-tiġijiet se jkollom jikkonkludu l-festin f’nofs il-lejl
//= $special ?>