Lokali Qorti

Illum l-Avukati jiċċelebraw il-festa tal-patrun tagħhom, Sant’Ivo

F’Malta, il-ġurnata tas-17 ta’ Diċembru hija l-festa ta’ Yves Helory de Kermartin, il-patrun Kattoliku tal-avukati., tradizzjonalment magħruf magħna bħala Sant’Ivo. Mhuwiex magħruf għaliex f’Malta din tiġi ċċelebrata f’dan il-jum permess li madwar id-dinja hija komuni d-data tad-19 ta’ Mejju.

F’dan il-jum ħafna mill-avukati jneħħu t-toga, u jiltaqgħu flimkien barra l-qrati, u ‘l bogħod mill-pressjoni ta’ kuljum li jikkaratteriżża l-awli, biex flimkien jiċċelebraw sena ta’ xogħol stressanti. Il-Qorti jkun aktar kwiet mis-soltu, anke jekk ix-xogħol ta’ ċerta urġenza jsir xorta waħda, u jekk il-Pulizija tkun trid tressaq lil xi ħadd il-qorti, xorta waħda tista’ tagħmlu liberament.

Il-COVID19 bħal ma ġara s-sena l-oħra huwa ta’ xkiel għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Avukati f’dan il-jum madankollu xorta waħda numru ta’ avukati jiċċellebraw dan il-jum, bid-differenza li jkunu aktar responsabbli. Dwar il-qaddis inniffsu Sant’Ivo, dan twieled f’Kermartin, ħdejn Tréguier, Brittany, illum parti minn Franza, fis-17 ta’ Ottubru, 1253 u miet f’Louannec, fid-19 ta’ Mejju, 1303.

Sant’Ivo kien iben nobbli u minn familja tat-tajjeb. L-ewwel studja l-liġi ċivili u wara l-liġi kanonika. Jingħad li fost sħabu tal-klassi kien hemm nies bħal Duns Scotus, Franġiskan Skoċċiż u professur f’Università u Roger Bacon, Amerikan u Franġiskan ukoll.

Sant’Ivo studja wkoll it-teoloġija u jingħad li ngħaqad ukoll mal-Ordni ta’ San Franġisk, li kien dak li bil-Malti nistgħu nsejħulu ‘terzjarju’, għalkemm aktar tard kien ordnat saċerdot wkoll. Minħabba d-disposizzjoni ta’ karità tiegħu, sar magħruf bħala l-avukat tal-foqra, speċjalment peress li kien jirrappreżenta lil vulnerabbli fil-vera sensa tal-kelma u minn kull aspett u kien ukoll iħallas l-ispejjeż tagħhom fil-qorti.

Kien iżur ukoll u jgħin lill-ħabsin. Dan kollu bħala atti kbar ta’ karità aktar milli minħabba id-dmir u diliġenza professjonali. Kien fuq kollox Imħallef djoċesan inkorruttibbli, li jirrifjuta t-tixħim li dak iż-żmien ukoll kienet l-ordni tal-ġurnata, u jaħdem biex isolvi l-problemi barra l-qorti sabiex il-litiganti jiffrankaw il-ħin u flus.

Sant’Ivo kien ukoll imħallef ekkleżjastiku, u dan jista’ jkun ukoll għaliex ċerti sorsi jiddeskrivuh ukoll bħala patrun għall-ġuristi, maġistrati u mħallfin ukoll. Huwa kien magħruf bħala ‘l-Avukat Onest’, tant li huwa s-suġġett ta’ kitba mnaqqxa divertenti li tinsab fuq il-qabar tiegħu fil-Katidral ta’ Tréguier f’Côtes-d’Armor, Franza, li taqra: Sanctus Ivo erat Brito Advocatus et non latro Res miranda populo (‘St. Ives kien mill-art taċ-ċanga, Avukat, u mhux ħalliel).

Kliem qaddis Kattoliku ieħor ta’ dan il-perjodu, San Ġwanni Pawlu II jenfasizza l-kobor ta’ Sant’Ivo: “San Ivo kien involut fid-difiża tal-prinċipji tal-ġustizzja u l-ekwità. Kien attent li jiggarantixxi d-drittijiet fundamentali tal-persuna, ir-rispett għad-dinjità primarja u traxxendenti tagħha, u l-ħarsien li l-liġi trid tiggarantilha.

Għal dawk kollha li jeżerċitaw professjoni legali, dan il-patrun jibqa’ l-vuċi tal-ġustizzja, li hija ordnata għar-rikonċiljazzjoni u l-paċi sabiex jinħolqu relazzjonijiet ġodda bejn l-individwi u l-komunitajiet u tinbena soċjetà aktar imparzjali. Dawk kollha jimxu fuq l-eżempju ta’ Sant’Ivo waqt l-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom żgur li jaraw suċċess fil-qadi ta’ dmirijiethom.