Iċ-ċerimonja ta’ Miss World 2021 tħassret wara li 23 minn 97 kontestanti rriżultaw pożittivi għall-COVID-19… ċerimonja li kellha ssir f’Puerto Rico.
Fortunatament, ir-rappreżentanta ta’ Malta, Naomi Dingli rriżultat negattiva u b’hekk se tkun qed tirritorna lura lejn pajjiżna.
L-organizzaturi qalu li ċ-ċerimonja qed tkun posposta għas-sigurtà ta’ dawk li kienu se jipparteċipaw, bid-data l-ġdida se tkun imħabbra fit-tliet xhur li ġejjin.
//= $special ?>