Ċifri maħruġa għax-xahar ta’ Novembru jikkonfermaw il-piż tal-għoli tal-ħajja qed ikompli jsir morsa għall-familji Maltin u Għawdxin. Fil-fatt, l-istatistika tal-NSO tindika li l-Indiċi tal-Prezzijiet għal Novembru żdied b’1.4 fil-mija meta mqabbel ma’ Ottubru.
L-NSO stess ikkonferma li din hija tendenza li issa ilha għaddejja sa minn Frar li għadda, b’żidiet fil-prezzijiet xahar wara l-ieħor. Għalkemm f’Novembru, iż-żieda kienet waħda qawwija immens.
L-akbar żidiet kienu reġistrati fil-prezz tal-ikel u x-xorb, lukandi u ristoranti, trasport, ħwejjeġ u żraben kif ukoll spejjes marbuta ma’ apparat domestiku u anke dawl u ilma.
