Lokali

Taħriġ dwar kif il-professjonisti għandhom jagħtu aħbar diffiċli

Numru ta’ għaqdiet ingħaqdu flimkien biex jagħtu taħriġ lil numru ta’ professjonisti dwar kif għandhom jagħtu aħbar ħażina lil ġenituri li jkunu għadhom kemm kellhom twelid ta’ wild b’xi kundizzjoni jew tfal li tiżviluppalhom kundizzjoni meta jkunu trabi.

Dan it-taħriġ, bl-isem ta’ Breaking the News, hu importanti biex tingħata għajnuna mhux biss f’dak il-mument li tingħata l-aħbar iżda wkoll matul il-ħajja ta’ kull persuna.

Hu kellimna dwar l-importanza li meta wieħed jingħata aħbar, jingħata ħin għall-mistoqsijiet, tingħata tama, u jiġi evitat kliem mediku …u jintuża lingwaġġ iktar komuni biex il-professjonisti jinftehmu.Iżda aħbar bħal din fuq it-tfal, mhix biss diffiċli għal min jirċievi l-aħbar iżda wkoll għal dawk li jkollhom jagħtuha.

Dan it-taħriġ jimmira biex tingħata dinjità lil kulħadd u jwassal biex kull persuna tagħraf li kulħadd għandu potenzjal daqs kull persuna oħra.

Li wieħed ikun assigurat li hemm xi ħadd warajh jagħti is-sapport diġa’ hi xi ħaġa li tagħti għajnuna psikoloġika fi żmien tant diffiċli. U dan huwa propju l-għan wara dan it-taħriġ.