L-Awtorità tal-Ippjanar waqqfet applikazzjoni ta’ żvilupp biex eventwalment titwaqqa’ l-binja ta’ Palazzina Vincenti f’San Ġiljan… binja li qed tkun meqjusa bħala wirt storiku u b’hekk ngħatat il-protezzjoni immedjata.
L-Awtorità ħarġet l-ordni ta’ Emergency Conservation Order (ECO), bis-sid hu obbligat li l-propjetà ma jiġrilha l-ebda ħsarat filwaqt li hu obbligat li jieħu ħsieb li jagħmel il-manitenzjoni meħtieġa
Palazzina Vincenti kienet inbniet eżatt wara t-Tieni Gwerra Dinjija mill-arkitettur prominenti għall-ewwel nofs tal-20 seklu, Gustavo Romeo Vincenti. Il-binja serviet bħala r-residenza tiegħu sakemm miet fl-1974.
//= $special ?>