L-ITS itellgħu ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni għall-istudenti bejn is-sena 2020 u l-2021, li seħħew fis-6 u l-14 ta’ Diċembru.
Waqt din iċ-ċerimonja attendew diversi rapreżentanti minn skejjel barranin, li fl-2017, taw l-opportunita lill-ITS biex toffri l-ewwel korsijiet tagħha tal-livell 6, b’kollaborazzjoni mal-Institut Paul Bocuse fi Franza u l-Università tax-Xjenza Haaga-Helia fil-Finlandja.
Maxime Moise mill-Istitut Paul Bocuse (IPB) stqarr li ‘l-istudenti tal-ITS huma fost l-aqwa minn dawk l-istudenti li attendew għall-kors tal-IPB u li l-Istitut Paul Bocuse hija kuntenta ferm li qed tikkollabora mal-ITS, peress li l-iskola hija waħda ta’ kalibru għoli ferm fuq livell internazzjonali.’
Il-Viċi President ta’ Haaga-Helia stqarr li ‘Haaga-Helia kellha l-privileġġ li taħdem mal-ITS għal diversi snin u li l-ITS minn dejjem kienet iddedikata biex toffri edukazzjoni tal-ewwel klassi. Il-Viċi President kompliet biex tgħid li l-istudenti tal-ITS għandhom il-ħiliet, l-għarfien u l-attitudni neċessarji biex jaqdu l-industrija tal-ospitalità u t-turiżmu f’Malta u madwar id-dinja.’
Din is-sena, hija sena ferm importanti għall-ITS, hekk kif din kienet l-ewwel sena fejn gradwaw l-istudenti tal-Masters.
Dan kien possibbli minħabba l-affiljazzjoni akkademika bejn l-ITS u ‘The Emirates Academy of Hospitality Management’ (EAHM), li ġie ffirmat fl-2018.
Għal din l-okkażjoni, Id-Direttur, Jeroen Greven, tal-EAHM Managing stqarr li “kien ta’ pjaċir kbir għalih li jaħdem mal-ITS, li tant hija ddedikata għall-edukazzjoni u li qed jistenna bil-ħerqa biex l-iskejjel jerġgħu jaħdmu flimkien fis-snin li ġejjin.’
Fl-indirizz tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech stqarr li huwa ta’ unur ferm kbir għal-ITS li flok jilħqu lil Istituzzjonijiet Internazzjonali, qedin jiġu avviċinati minn numru ta’ Istituzzjonijiet ta’ kalibru għoli biex jikkollaboraw magħhom u mal-istudenti tagħhom, filwaqt li feraħ lill-istudenti għax-xogħol eżemplari li għamlu matul l-istudji tagħhom.
//= $special ?>