Futbol Sport

Arsenal b’rebħa konvinċenti fuq Leeds

Fl-unika partita li kellna s-Sibt mill-Premier League, f’Elland Road Arsenal kisbu rebħa konvincenti ta’ 4-1 fuq lLeeds, b’Leeds isofru telfa oħra wara it-telfa ta’ 7-0 kontra Man City f’nofs il-ġimgħa.Arsenal iddominaw il-partita mill-ewwel minuti biex fetħu l-iskor fis-16-il minuta meta wara inċertezza fid-difiża ta’ Leeds kien il-Brażiljan Gabriel Martinelli li approfitta u b’konklużjoni preċiża għeleb lil Illan Meslier għal 1-0.

Arsenal rdoppjaw fit-28 minuta meta reġa’ kien għal darb’oħra Gabriel Martinelli, li wara pass preċiż mingħand Granit Xhaka, qabbeż minn fuq il-goalkeeper għal 2-0.
Arsenal żiedu t-tielet gowl tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, meta wara pass tajjeb ta’ Martin Odegaard, kien Bukayo Saka li daħal tajjeb fil-kaxxa, u x-xutt devjat tiegħu spiċċa fix-xibka għal 3-0.Leeds naqqsu d-distakk fil-75 minuta meta huma ngħataw penalty meta Ben White waqqa’ lil Joe Geldhart, b’Raphinia mill-ħdax-il metru ma jiżblajax għal 3-1.

Madanakollu Arsenal skorjaw ir-raba gowl tagħhom fl-84 minuta meta minn pass għal darb oħra ta’ Martin Odegaard, kien is-sostitut Emile-Smith Rowe li għeleb lil Meslier għal skor finali ta’ 4-1.

PREMIER LEAGUE

Ilum: Man Utd v Brighton posp., Aston Villa v Burnley posp., Southampton v Brentford posp., Watford v C’Palace posp., West Ham v Norwich posp., Leeds v Arsenal 1-4 Għada Everton v Leicester posp., Newcastle v Man City 3.00pm, Wolves v Chelsea 3.00pm, Tottenham v Liverpool 5.30pm