Coronavirus Lokali

Covid 19: 291 każ ġdid, 1,791 każ attiv

Fl-aħħar 24 siegħa instabu291 każ ġdid ta’ Coronavirus. Fl-istess żmien 100 persuna kienu dikjarati mfejqa mill-virus. Il-każi attivi issa huma 1,791.

Fortunatament ma kienx hemm vittmi fl-aħħar 24 siegħa biex in-numru ta’ vittmi baqa’ 471

Stabbli s-sitwazzjoni fl-Isptar hekk kif 22 bħalissa huma rikoverati b’3 minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva

Sadanittant kompla t-tilqim u sal-bieraħ 167,322 ingħataw doża booster tal-vaċċin.