Sport Waterpolo

Dino Zammit jgħin lis-Slimiżi jegħlbu l-isfida ta’ Sirens fid-debutt … rebħiet ukoll għal Neptunes u San Ġiljan

Rapport: Stewart Said

L-akkwist il-ġdid Dino Zammit kellu debutt mill-aqwa bħala plejer ta’ Sliema Frank Salt hekk kif għen lit-tim tiegħu jirbaħ konfront missielet kontra Sirens Mecca Marin b’sitt gowls. Ovvjament, Zammit għad irid jidħol fil-mekkaniżmi tat-tim iżda ma ddiżappuntax kontra tim anqas kwotat li iżda kellu prestazzjoni pożittiva. Din kienet it-tielet rebħa minn tlieta għas-Slimiżi u saħħew posthom fil-quċċata qabel il-play-offs.

Sirens kienu kompatti għal ħafna mil-logħba iżda ma kellhomx is-saħħa fl-iskwadra biex iwieġbu lis-Slimiżi fl-aħħar sessjoni. Marko Orlovic kellu nieqes lil Matthias Azzopardi filwaqt li tilef lil Ken Erdogan f’nofs il-logħba wara li tkeċċa minħabba rimarki li għadda lejn ir-referee Alex de Raffaele.

Sirens kienu 4-2 minn fuq fl-ewwel sessjoni iżda Sliema rkupraw l-iżvantaġġ u fit-tieni sessjoni saħansitra fetħu vantaġġ ta’ 9-6. Ħafna ħasbu li Sliema setgħu jiġru bil-logħba iżda Sirens rażżnu lill-avversarji u permezz ta’ doppjetta ta’ Gianni Farrugia u gowl ta’ Matthew Sciberras ġabu d-draw. Kien Dino Zammit li fl-aħħar sessjoni skorja tlieta mill-erba’ gowls Slimiżi u assigura mir-rebħa.

San Ġiljan Mercury Towers kisbu t-tieni rebħa meta faċilment għelbu lil Exiles 22-12. Għajr għal perjodu qasir, San Ġiljan dejjem kienu minn fuq, bil-mument li fih inqatgħu minn mal-avversarji jasal lejn tmiem it-tieni sessjoni. Fl-aħħar żewġ minuti, San Ġiljan skorjaw erba’ darbiet konsekuttivi u fetħu distakk ta’ 10-6. Minn hemm ikkontrollaw il-logħba, bl-akkwisti l-ġodda Nicholas Bugelli u Nico Schiavone jniżżlu isimhom fost l-iskorers.

Fl-ewwel logħba tal-ġurnata Neptunes kisbu l-ewwel rebħa tagħhom f’din l-edizzjoni. Mit-telfa minima kontra Sliema, irritornaw Sam Gialanze u Alec Fenech li kienu impenjati barra minn xtutna. Neptunes ħadu r-riedni tal-logħba fit-tieni sessjoni b’sitt gowls mingħajr risposta. Dawn il-gowls waslu minn żewġ doppjetti ta’ Max Zammit, Mark Castillo u gowls ta’ Jordan Camilleri u Gabriel Pace. Marsaskala Fish and Fish stejqru ftit fit-tieni parti tal-logħba għalkemm Neptunes qatt ma telqu l-kontroll tal-konfront.

NEPTUNES………………………………… 12

MARSASKALA FISH AND FISH……. 5

(2-1), (6-0), (3-3), (1-1)

Neptunes: A. Borg Cole, M. Zammit (4), S. Gialanze (3), G. Pace (2), B. Zammit, J. Spiteri Staines, M. Castillo (2), J. Camilleri (1), J. Valletta, M. Spiteri Staines, A. Fenech, E. Mallia, S. Mifsud, D. Bugeja, L. Mallia

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, R. Greco, G. Galea, K. Navarro, M. Manara, D. Pace Lupi, G. Sammut, J. Ciantar, M. Carani, A. Muscat

Referees: Peter Balzan, Ronnie Spiteri

SLIEMA FRANK SALT……………….. 13

SIRENS MECCA MARIN……………… 10

(5-5), (4-1), (0-3), (4-1)

Sliema: N. Grixti, J. Saliba, E. Schembri, J. Chircop, M. Meli, J. Cassar, Z. Cutajar Licari, J. Cutajar (3), J.  Brownrigg, K. Borg, Z. Mizzi (4), D. Zammit (6), D. Galea Mule, B. Attard, J. Pace Mizzi

Sirens: G. Galea Curmi, L. Grech Carr, K. Erdogan (2), J. Sciberras (2), J. Zerafa Gregory, G. Farrugia (4), M. Sciberras (1), I. Riolo, J. Napier, M. Cutajar, M. Chircop (1), P. Serracino, O. Gauci

Referees: Massimo Angileri, Alex de Raffaele

EXILES………………………………………… 12

SAN ĠILJAN MERCURY TOWERS… 22

(4-5), (2-5), (5-7), (1-5)

Exiles: M. Castillo, N. Saliba, S. Apap, P. Paris, T. Sullivan, S. Xerri de Caro, M. Fenech (3), K. Griscti (1), N. Paris, J. Bajada (3), M. Aquilina (4), D. Fenech (1), G. Borg

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (2), K. Grech, D. Fero, R. Caruana (1), M. Zammit (2), M. Ortoleva (2), D. Tully (1), B. Plumpton (3), N. Zammit (5), D. Zammit (4), N. Schiavone (2), G. Vassallo

Referees: Neville Mercieca, Stefan Licari

Logħob li jmiss

Is-Sibt 8 ta’ Jannar 2022

Sirens v Neptunes           3.00pm

San Ġiljan v Sliema        4.05pm

Birżebbuġa v Exiles        5.10pm