Lokali

“Ejjew nagħtu rigal sabiħ li ma jiswiex flus” – AnneMarie Grech

L-isbaħ rigal li wieħed jista’ jagħti f’dawn iż-żminijiet huwa li jagħti d-demm. Dan il-ġest żgħir li ma jiswiex flus jista’ jsalva l-ħajja ta’ diversi persuni.

Dan kien il-messaġġ li waslet mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Anne Marie Grech meta s-Sibt filgħodu għamlet żjara fil-Bank tad-Demm f’Gwardamangia fejn hi wkoll tat id-demm.

Hija rringrazzjat lill-Maltin li mingħajr daqq tat-trombi,  imorru jagħtu id-demm – ġest li stqarret li għandna nkomplu nippromovu għax juri l-vera valuri tas-soċjetà Maltja.

Preżenti flimkien ma’ AnneMarie Grech kien hemm il-Kandidati għall-Elezzjoni Ġenerarli f’isem il-Partit Nazzjonalista Janice Chetcuti u John Baptist Camilleri.

Għal dawn iż-żmien ta’ festi l-bank nazzjonali tad-demm nieda filmat qasir sabiex iħeġġeġ lill-pubbliku jersaq u jagħti d-demm. Filfatt il-kampanja tal-Milied “Kun anġlu u raġġ ta’ dawl għal ħaddieħor…agħti d-demm” qed tħalli l-frott mixtieq fejn diversi nies qed jersqu biex jagħtu l-isbatġ rigal li qatt jistgħu jagħti…. id-demm.