Żagħżugħ tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u baqa’ dieħel f’crash barrier b’konsegwenza li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu. L-inċident seħħ fi Triq ix-Xatt, tal-Pietà għall-ħabta tal-10.30 tal-Ġimgħa filgħaxija.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u ta’ tim mediku biex jassistu lill-vittma, Albaniż ta’ 22 sena residenti il-Belt Valletta.
Hu ngħata l-assistenza fuq il-post u iktar tard ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>