Futbol Sport

Gżira jsalvaw draw kontra Santa Lucia

GŻIRA …………………………. 2

SANTA LUCIA ……………. 2

Gżira: D.Z.Radelic, G.Bohrer, L.Tabone, N.Muscat, S.Pisani, Z.Scerri, Y.Messias, N.Portelli, M.Maia, J.De Assis, J.Mendoza.

Santa Lucia:  J.Archibald, A.Prates, J.Pisani, N.Pulis, G.Conti, V.Plut (L.McKay 80’), F.Rodrigues, J.Tanti (P.S.Mota 65’), V.Filho, J.Zerafa (A.Vella 73’), D.Xuereb.

Referee: Etienni Mangion

Assistenti Referees: James Muscat, Vasil Vasilev

Fit-Tony Bezzina Stadium Gżira rnexxielhom isalvaw draw ta’ 2-2 kontra Santa Lucia, wara li kienu żewġ gowls minn taħt. B’hek kb’dan id-draw Gżira telgħu fis-sitt post tal-klassifika bi 17-il punt filwaqt li Santa Lucia jinsabu fl-10 post bi 11-il punt, b’punti daqs Gudja u Mosta.

Santa Lucia marru fil-vantaġġ wara żewġ minuti meta minn pass ta’ Francisco Farias kien Vito Plut li ra l-konklużjoni tiegħi salvata parzjalment mill-goalkeeper Darilan Zarkov, b’Jamie Zerafa jitfa’ ġewwa mit-tieni tentattiv. Man-nofs siegħa logħob Santa Lucia rdoppjaw meta minn pass fit-tul kien Francisco Farias li aprofitta u għeleb lill-goalkeeper ta’ Gżira għal 2-0.

Madanakollu Gżira naqqsu d-distakk fil-35 minuta meta kien Jefferson De Assis li tefa’ fix-xibka wara li Julani Archibald salva l-ewwel tentattiv ta’ Yuri Messias. Biex sitt minuti wara Gżira skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tad-draw meta wara li Yuri Messias twaqqa’ fil-kaxxa ir-referee Etienni Mangion ordna penalty, b’Maxwell Maia mill-ħdax-il metru ma jiżbaljax għal 2-2.

Iż-żewġ timijiet temmew jilagħbu l-partita bi plejer anqas meta fid-69 mintua tkeċċa Victor Luiz Filho għal Santa Lucia, filwaqt li fit-83 minuta tkeċċa Luke Tabone għal Gżira, għat-tieni karta safra.