Ħaddiem żagħżugħ sofra feriti gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ dalgħodu f’fabbrika f’Ħal Luqa.
Għall-ħabta tal-11am, iż-żagħżguħ mill-Mali, ta’ 27 sena residenti Ħal Luqa stess, kien qed jagħmel xi xogħol fuq conveyor belt fil-fabbrika, li tinsab fi Triq il-Belt Valletta, meta għal xi raġuni spiċċa b’dirgħu maqbuda f’parti mill-apparat.
Hu ngħata l-ewwel għajnuna fil-post minn tim mediku qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Hemm hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi, iżda fortunatament, mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>