“Il-futbol għandu jkun il-mezz li jgħati lit-tfal opportunita’ biex f’livell ugwali jitħarrġu u jiżviluppaw.”
Dawk kienu l-kummenti ta’ Hugo Maradona ħu l-Leggendarju Diego Armando Maradona li jinsab Malta biex imexxi kamp ta’ taħriġ fi ħdan Qormi Football Nusery.
Filwaqt li faħħar il-faċilitajiet li hemm fil-kumpless tal-futbol ta’ Qormi innota b’sodisfazzjon li minn dak li segwa fl-ewwel sessjoni hemm whud li għandhom talent.
Sintendi ma naqasx milli jgħamel referenza dwar Diego Armando Maradona u l-mod kif hu ta’ kontribut lil futbol f’Napli.
Il-mawra ta’ Hugo Maradona seħħet wara kuntatti li saru minn Kenneth Vella bħala Ambaxxatur għall-Estonja u l-Fillandja bil-koperazzjoni ta’ Izibet
Preżenti għal laqgħa mal-ġurnalisti Franco Degabriele chief commercial officer għal Izi Group u Redino Apap Segretarju Generali ta’ Qormi Football Club li t-tnejn irreferew li dan il-kamp ta’ taħriġ għandu jservi biex tfal fi ħdan in-nursery jkollhom l-ewwel esperjenzi ta’ taħrig fuq linji professjonali.
Hugo Maradona kien wkoll intervistat minn NetTelevision għal programm SPORT EXTRA għal edizzjoni speċjali dwar Napli u Diego Armando Maradona li għandha tixxandar fil-ġranet li ġejjin.
//= $special ?>