Futbol Sport

Mqabba jkomplu bis-serje pożittiva

Chris Cassar

San Ġwann ………………. 0
Mqabba …………………… 2

San Ġwann: C. Formosa, K. Bartolo, J. Micallef, L. Mallia, N. Radojevic, A. Falzon, B. Kuyper Sjaak, A. Zammit, C. Omoruazoje Jesusemen, D. Mifsud, N. Sultan
Mqabba: C. Abdilla, AR Cilia Mumford, O. Khatib, N. Falzon, GN Mannino, R. Spiteri, J. Attard, J. Azzopardi, L. Mijic, T. Veronese, J. Vella Critein
Referee: Daniel Portelli

Fil-ġlieda bejn żewġ timijet fin-nofs tal-klassifika, Mqabba ħarġu rebbieħa fuq San Ġwann, f’partita li fiha Mqabba ddominaw mill-bidu sal-aħħar.San Ġwann kellhom partita ferm kwieta u ftit offrew reżistenza lill-avversarji. Din kienet it-tielet rebħa tal-istaġun għal Mqabba, li fl-aħħar tliet partiti tagħhom b’hekk kisbu żewġ rebħiet u draw.

Żewġ gowls skurjati fl-ewwel nofs siegħa logħob kienu biżżejjed għal Mqabba biex iserrħu rashom mit-tliet punti. Neil Falzon fetaħ l-iskor wara 17-il minuta logħob, meta l-gowlkiper Formosa imblokka iżda ma żammx ix-xutt minn korner ta’ Veronese, u Falzon ħataf l-okkażjoni biex jitfa fix-xibka b’daqqa ta’ ras. It-tieni gowl wasal fit-23 minuta, b’daqqa ta’ ras oħra, din id-darba ta’ Gabriel Nazareno Mannino li għola tajjeb għal freekick minn barra l-kaxxa ta’ Spiteri u kompla għal ġewwa.

San Ġwann ippruvaw jirreaġixxu fit-tieni taqsima, iżda l-isforzi tagħhom kienu pjuttost fjakki u ftit li xejn kienu ta’ periklu għad-difiża ta’ Mqabba. Fl-aħħar ftit minuti huma kellhom ċans li jerġgħu jidħlu fil-partita, meta minn pożizzjoni ideali quddiem il-gowlkiper, is-sostitutAbouhaisa Nezar ra x-xutt tiegħu jgħaddi għoli.

Dan ir-riżultat ikompli perjodu negattiv għal San Ġwann, li rnexxielhom jiksbu biss punt mill-aħħar tliet partiti tagħhom.

Luqa SA …………………. 1
Mġarr ……………………… 1

Luqa: P. Villar Flores, V. Olowo Kayode, S. Grech, A. Abdel Rahman, M. Farrugia, JM Domonicius, R. Schmebri, K. Degiorgio, F. Lufi, D. Grima, E. Etim John
Mġarr: J. Chirocp St. John, G. Milone, JM Davies, C. Borg, H. Wood, J. Borg, A. Sammut, C. Saliba, JL Micallef, C. Gauci, M. Attard
Referee: Sandro Spiteri

B’gowl fis-96 minuta Luqa SA kisbu punt drammatiku f’konfront dirett bejn l-aħħar tnejn fil-klassifika. Mġarr fetħu l-iskor fl-ewwel taqsima u dehru resqin lejn rebħa prezzjuża iżda l-gowl ta’ Rahman ċaħħad lil Mġarr mit-tliet punti.

L-istaġun dimentikabbli ta’ Luqa ssokta b’telfa oħra s-Sibt fil-għaxija, biex baqgħu fil-qiegħ tal-klassifika b’6 punti biss. Din kienet rebħa ferm mistennija għal Mġarr, li qed ikollhom staġun xejn aħjar minn ta’ Luqa, u qabel din il-logħba kienu ġejjin minn erba’ telfiet u draw.

Mġarr marru fil-vantaġġ fit-18-il minuta meta Jamie Lee Micallef ħarab tajjeb lid-difiża ta’ Luqa u qassam lejn Harry Wood, li kien qiegħed f’pożizzjoni ideali, u qabbeż il-ballun minn fuq il-gowlkiper Villar Flores għar-rokna tax-xibka.

Luqa kellhom ċans tajjeb li jidħlu fil-partita mas-siegħa logħob meta r-referee saffar għal penalty għal fawl fil-kaxxa, iżda mill-ħdax-il metru, is-sostitut Nwaogu Chibuzor ra t-tentativ tiegħu jiġi salvat tajjeb ferm mill-gowlkiper Chircop St. John.

Mġarr marru viċin li jagħlqu l-partita għaxar minuti mit-tmiem meta Sammut ħarab tajjeb fuq il-lemin u qassam ċentrali lejn Saliba, li kien daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima, iżda d-daqqa ta’ ras ta’ dan tal-aħħar ġiet interċettata minn Villar Flores.

Meta kollox deher mitluf għal Luqa wasal il-gowl tad-draw fis-96 minuta permezz ta’ Alan Abdel Rahman.