Futbol Sport

Rebħiet għal Roma u Juventus

(Ritratt: EPA)

Roma kisbu rebħa mportanti ta’ 4-1 barra minn darhom għand Atalanta biex telgħu fil-ħames post tal-klassifika. Roma marru fil-vantaġġ mal-ewwel minuta meta kien Tammy Abraham li tefa’ wara l-goalkeeper għal 1-0. Huma rdoppjaw fis-27 minuta meta wara li bidel il-ballun tajjeb ma’ Jordan Veretout, kien Nicolo Zaniolo li xeħet fix-xibka għal 2-0. Minkejja dan lejn tmiem l-ewwel taqsima Atalanta naqqsu d-distakk meta kien Bryan Cristante li tefa’ fix-xibka tiegħu stess għal 2-1. Roma skorjaw it-tielet gowl tagħhom fit-72 minuta meta minn cross ta’ Jordan Veretout kien id-difensur Chris Smalling li daħal qabel kulħadd u kkonkluda fil-lasta. It-tim imexxi minn Jose Mourinho aċċerta ruħu mir-rebħa fit-82 minuta meta kien Tammy Abraham li approfitta minn żball difensiv u xeħet ġewwa għal 4-1.

Juventus kisbu rebħa mportanti ta’ 2-0 barra minn darhom għand Bologna. Huma fetħu l-iskor fis-sitt minuta permezz ta’ Alvaro Morata li xeħet ġewwa wara cross ta’ Federico Bernardeschi. Huma kellhom jistennew sad-69 minuta għat-tieni gowl meta kien Juan Cuadrado li kkonkluda fix-xibka.

SERIE A

Ilbieraħ: Lazio v Genoa 3-1, Salernitana v Inter 0-5 Illum: Atalanta v Roma 1-4, Bologna v Juventus 0-2, Cagliari v Udinese 0-4 Għada Fiorentina v Sassuolo 12.30pm, Spezia v Empoli 3.00pm, Sampdoria v Venezia 6.00pm, Torino v Verona 6.00pm, Milan v Napoli 8.45pm