L-attakkant ta’ Bayern Munich Robert Lewandowski kiser ir-rekord ta’ Gerd Muller għall-aktar gowls skorjati fil-Bundesliga f’sena kalendarja. Il-gowl fir-rebħa ta’ 4-0 fuq Wolfsburg kien it-43 gowl tiegħu fil-Bundesliga għas-sena 2021. Aktar kmieni din is-sena, f’Mejju, Lewandowski kiser rekord ieħor ta’ Muller fejn skorja 41 gowl fi staġun wieħed fil-Bundesliga.
Għal Lewandowski il-gowl kontra Wolfsburg kien ukoll id-69 wieħed għalih għas-sena 2021, għal Bayern Munich kif ukoll għall-Polonja, biex b’hekk laħaq ukoll ir-rekord ta’ Cristiano Ronaldo għal gowls skorjati, b’Lionel Messi jibqa’ bir-rekord ta’ 91 gowl fis-sena 2012.
//= $special ?>