SIRENS ………………………. 3
MOSTA ……………………… 2
Sirens: J.Debono, A.Bianco, R.Tachikawa, K.Reid, A.Borg, J.Walker, C.Borg (B.Gavrilla 90′), A.Cini, C.Riascos, D.Jackson, V.Vieira (A.Effiong 51′)
Mosta: C.Mafoumbi, R.Briffa(M.Mifsud 75′), W.Donkin, C.Failla, J.Nsumoh(D.Bonnici 65′), J.Bezzina, T.Farrugia, I.Doric(R.Ekani 65′), L.Riascos, R.Morisco, S.Akinbule
Referee: Ismhael Barbara
Assistenti Referees: A.Camilleri, S.Calleja
Fit-Tony Bezzina Stadium Sirens telgħu fis-sitt post tal-klassifika wara rebħa ta’ 3-2 kontra Mosta. Sirens fetħu l-iskor fid-9 minuta meta minn pass ta’ Carlos Riascos kien Degran Jackson li kkonkluda wara Christoffer Mafoumbi għal 1-0. Sirens rdoppjaw fit-42 minuta meta kien Vitor Vieira li tefa’ ġewwa wara pass ta’ Kemar Reid.
Fit-tieni taqsima Mosta ħarġu fuq l-offensiva biex fit-58 minuta naqqsu d-distakk, meta r-referee ordna penalty għal foul fuq Ivan Doric, bi Clayton Failla mill-ħdax-il metru jitfa’ fix-xibka. Mosta kisbu l-gowl tad-draw fid-79 minuta meta minn cross minn fuq il-lemin, kien l-attakkant Sunday Akinbule li antiċipa lil goalkeeper għal 2-2.
Madanakollu, Sirens rnexxielhom jiskorjaw il-gowl tar-rebħa seba’ minuti mit-tmiem, meta huma ngħataw penalty għal foul ta’ Mafoumbi fuq Alfred Effiong, b’ Kemar Reid mill-ħdax-il metru ma jiżbaljax għal rebħa mportanti għal Sirens.
//= $special ?>