Andrey Rublev rebaħ il-World Tennis Championship li saru f’Abu Dhabi meta għeleb lil Andy Murray 6-4 7-6 biex b’hekk rebaħ dan it-tournament u temm is-sena bl-aħjar mod possibli.
Rublev ikkontrolla l-maġġoranza tal-partita u rebaħ ukoll il-break deċiżiv fil-ħames partita. Minkejja din it-telfa, Murray kien ottimist hekk kif għadu qed jirkupra minn żewġ operazzjonijiet.
Murray se jkun qed jikkompeti fl-Open tal-Awstralja f’Jannar li ġej wara li ilu sa mill-2018 milli jikkompeti. Aktar qabel, Denis Shapovalov għeleb lil Nadal 6-7 6-3 10-6 biex kiseb it-tielet post.
//= $special ?>