Issa tista’ tivvota għal Ike u Kaya li minn hawn u ftit ieħor se jirrapreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest f’Pariġi bil-kanzunetta ‘My Home’.
Biex tivvota, idħol fis-sit junioreurovision.tv – Tista’ tivvota għal tliet pajjiżi differenti li magħhom tista’ tinkludi vot għal Malta. Qabel tkun tista tivvota, trid issegwi filmat qasir ta’ madwar tliet minuti u wara s-sit iħallik tagħżel tliet pajjiżi bil-vot tiegħek.

Il-Junior Eurovision jibda fl-4pm – Ike u Kaya se jkunu r-raba’ li jkantaw f’dan il-festival li pajjiżna rebaħ darbtejn fil-passat permezz ta’ Gaia u Destiny rispettivament.
Tista’ tivvota għal Malta, darba qabel jibda l-festival u darb’oħra wara li tibda din il-finali.
Net News jawgura lil Ike u Kaya l-ikbar suċċess!
