Sport Sport Ieħor

FISEC, Ċess u l-awtur Paul Grech fi Sport Extra numru 11

Fl-aħħar programm għas-sena 2021, peress li SportExtra mhux se jixxandar il-Ħadd li ġej minħabba li fis-26 ta’ Dicembru hemm ‘L-Istrina’ ,illum mit-3.20 p.m ‘l quddiem fuq NetTelevision jixxandar il-ħdax il-programm SPORT EXTRA għal dan l-istaġun . L-ewwel parti tal-programm l-ewwel mistieden huwa LEONARD FALZON li f’dawn il-ġranet kien elett bħala viċi-president tal- Kumitat Internazzjonali tal-FISEC . Mistieden ieħor fl-ewwel parti huwa DUNCAN VELLA, viċi-president tal-Malta Chess Federation li miegħu kien diskuss dak li seħħ fil-Kampjonat tal-Istati ż-Żgħar taċ-Ċess li sar hawn Malta fil-ġranet li għaddew.

Lejn tmiem l-ewwel parti servizzi dwar il-weightlifters Tenishia Thornton u Yazmin Zammit Stevens li rebħu l-midalja tal-bronż fil-kategoriji rispettivi tagħhom fis-sezzjoni riżervata għal pajjiżi tal-Commonwealth. L-awtur u ġurnalist tal-isport PAUL GRECH huwa l-mistieden fit-tieni parti tal-programm fejn miegħu kien diskuss l-aħħar ktieb tiegħu “ il genio dimenticato del calcio italiano “ li huwa dwar il-karriera ta’ Carlo Carcano il-kowċ li kien wassal lil Juventus għar-rebħ ta’ erba’ kampjonati tas-Serie A .

SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ CHARLES CAMENZULI għandu muntaġġi tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana.