Rowen Camilleri
FLORIANA…………2
SLIEMA W………….0
Floriana: G. Kitanov, A. M. Overend, O. El Hasni, Z. Cassar, A. Ciolacu (A. Caseres 83’), N. Garcia, B. Paiber (M. Micallef 83’), E. Callegari, E. Rebejna (K. Keqi 57’), J. Busuttil (D. Agius 57’), A. Garzia (R. Camenzuli 57’)
Sliema W.: T. Aquilina, P. Morales, K. Shaw, O. Elouni (J. Engerer 46’), M. Scerri (G. Aqilina 57’), I. Gui (D. Holla 77’), E. Agius, Y. Uchida (J. P. Farrugia 62’), M. Beerman, D. Vukovic, V. Berisha
Skorjaw: B. Paiber 59, K. Keqi 84’(F)
Imwissija: E. Callegari 35’ (F), M. Scerri 37’, E. Agius 54’, P. Morales 90’ (S)
Tkeċċa: K. Shaw 58’ (S)
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: Luke Portelli u Mark Ciantar
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Brandon Paiber (Floriana)
BOV Plejer tal-logħba:Brandon Paiber (Floriana)
Fid-derby l-antik bejn Floriana u Sliema Wanderers, il-Greens ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 b’gowls minn free-kick sabiħ ta’ Brandon Paiber u gowl ieħor ta’ Kristian Keqi li ssiġilla r-rebħa. Bla dubju li l-partita ħadet żvolta importanti, meta fit-58 minuta Sliema spiċċaw jilgħabu b’għaxra minn nies meta għalihom tkeċċa Kurt Shaw b’karta ħamra diretta.
Fl-ewwel azzjoni perikoluża tal-ewwel taqsima, Floriana marru viċin fis-27 minuta meta kien żball difensiv ta’ Morales bil-ballun jiġi għand Rebejna li avvanza u prova x-xutt bil-gowlkiper Aqulina jwettaq l-ewwel save u fit-tieni tentattiv kien Ciolacu li wkoll prova tentattiv iżda sab lil Timothy Aquilina għal darb’ oħra attent. Il-partita damet għal ħinijiet twal mingħajr ebda azzjoni b’ħafna logħob f’nofs pitch sakemm fil-45 minuta minn azzjoni personali Inters Gui prova xutt lejn il-lasta li għadda ftit barra. Minuta wara kien Vukovic li avvanza mil-lemin u minn tarf il-kaxxa tefa barra. Fl-azzjoni ta’ qabel it-tisfira finali kien Brandon Paiber li prova vutt minn barra li iżda wkoll mar barra.
Il-bidu tat-tieni taqsima ma’ kienx dak mixtieq minn Sliema hekk kif fit-58 minuta spiċċaw bi plejer inqas. Kien is-sostitut Daniel Agius li deher se jaħrab u jiġi wiċċ imb wiċċ ma’ Aquilina bid-difensur Kurtt Shaw jwettaq foul li r-referee Trustan Farrugia Cann ma’ qagħad jaħsibha xejn u mill-ewwel keċċa lill-plejer Slimiż. Mill-istess free-kick dirett kien BRANDON PAIBER li għeleb għal kollox lil Gabriel Aquilina minn tarf il-kaxxa. Minuta wara l-gowl l-istess Paiber prova xutt ieħor minn barra li ra lil Aquilina jilqa tajjeb. Fl-84 minuta Floriana ssiġillaw ir-rebħa meta s-sostitut KRISTIAN KEQI ħasad għal kollox lil Aquilina b’xutt bix-xellug minn barra l-kaxxa. L-iskor baqa’ ma’ nbidilx sa tmiem il-partita biex Floriana kisbu tliet punti importanti li poġġewhom fit-tieni post tal-klassifika.
//= $special ?>