Prestazzjoni mill-aqwa minn Ike u Kaya, meta kienu qed jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-Junior Eurovision Song Contest li din is-sena sar fil-belt ta’ Pariġi bit-tema ‘Imagine’.
B’vuċi u interpretazzjoni mill-aqwa tal-kanzunetta ‘My Home’, Ike u Kaya klassifikaw fit-12–il post b’97 punt minn fost 19-il pajjiż, hekk kif l-Armenja rebħet l-edizzjoni ta’ din is-sena.
Fit-tieni u t-tielet post klassifikaw il-Polonja u Franza rispettivament.
Il-leħen b’saħħtu ta’ Kaya flimkien mal-istil rap ta’ Ike, intlaqa’ tajjeb ħafna minn fost dawk kollha li vvutaw. Iżda dan ma kienx biżżejjed biex huma jirbħu dan il-festival internazzjonali.

Malta reħbet il-Junior Eurovision darbtejn, fl-2013 Gaia Cauchi kienet klassifikat fl-ewwel post permezz tal-kanzunetta ‘The Start’ filwaqt li sentejn wara, fl-2015 Destinty kienet rebħet b’”Not My Soul”.
Filwaqt li Ike u Kaya kienu l-ambaxxaturi ta’ pajjiżna għaliex reħbu l-Junior Eurovision ta’ Malta, huma kienu diġà popolari ferm f’Malta u Għawdex hekk kif serqu qalb kulħadd bl-interpretazzjonijiet tagħhom f’kompetizzjoni televiziva li saret sena ili.
//= $special ?>