Waqt il-programm Polis, imtella minn George Vital Zammit fuq Net Television, Joe Borg qal li x-Xandir Pubbliku ma jistax jibqa’ noticeboard tal-Prim Ministru u tal-Gvern Laburista.
Tant li huwa qal li l-istat li jinsab fih il-PBS, żgur ma jkunx għaqli li partit politiku jgħalaq il-media tiegħu.
Dwar il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Fr Joe Borg qal li x-xogħol tagħha kien influwenti sabiex jiżdied il-ġurnaliżmu investigattiv f’pajjiżna. Filfatt huwa saħaq li hemm ħtieġa kbira biex il-ġurnaliżmu jsir ir-raba’ pilastru tad-demokrazija.
Fr Joe Borg qal li xogħol il-Qassis hu l-bini tal-komunità, fosthom anke bil-media.
//= $special ?>